Dwar
It-tibdil fil-klima hi waħda mill-isfidi l-aktar serji li qed tiffaċċja d-dinja llum. Il-pjaneta tagħna qed tesperjenza tibdil fil-klima sinifikanti u aċċellerat li beda aktar minn seklu ilu.
Flimkien naħdmu aħjar!
“It-tibdil fil-klima jikkonċerna lilna lkoll, u kollha kemm aħna nistgħu nieħdu azzjoni li tgħin kemm il-klima kif ukoll is-saħħa u l-benesseri tagħna. Li nagħmlu s-soċjetà tagħna iktar favur il-klima tfisser li nħarsu lejn kif nipproduċu u nużaw l-enerġija, niżviluppaw teknoloġiji ġodda, kif insaħħnu jew inkessħu il-binjiet tagħna, u naslu anke sa t-tip ta' trasport li nużaw, prodotti li nixtru, ikel li nieklu u ippakkjar li narmu. Għandna bżonn naħdmu flimkien biex nifhmu l-isfidi u niżviluppaw is-soluzzjonijiet, biex kulħadd ikun jista' jagħti sehmu u ħadd ma jitħalla barra. Ejjew naħdmu flimkien biex nieħdu ħsieb il-pjaneta u nibnu l-futur li rridu."
Frans Timmermans
Viċi-President Eżekuttiv għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, Kummissjoni Ewropea (2019-2014)

Il-pjaneta tagħna, il-futur tagħna.
Din l-għodda edukattiva ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea. Hi bbażata fuq l-informazzjoni li tinsab f'"Il-Pjaneta Tagħna, il-Futur Tagħna: niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima flimkien", li ġie ppubblikat fl-2015 qabel il-konferenza dwar il-klima f'Pariġi u li ġie aġġornat fl-2018.
