U inti?
F'idejk!
Tħossok imħasseb dwar it-theddidiet mit-tibdil fil-klima? Tieħu interess dwar il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju?
Mod tajjeb ta’ kif tibda huwa li tagħmel il-bidliet meħtieġa fl-azzjonijiet ta’ kuljum li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħek.
Ebda azzjoni li tieħu mhi żgħira wisq.

Ftakar dawn it-3 affarijiet
Mhuwiex tard wisq biex nirranġaw il-klima
Biex inwaqqfu t-tibdil fil-klima milli jmur għall-agħar, irridu nieħdu azzjoni biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u naddattaw għall-bidliet li qed iseħħu issa u fil-futur biex nillimitaw il-ħsara. Ix-xjenza ċara: iridu naġixxu malajr u flimkien. Il-partijiet kollha tas-soċjetà u kull individwu jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom.
PARIR SIEWI
Jekk tħalli TV jew kompjuter fuq il-modalità standby, dawn xorta jkunu qed jaħlu xi enerġija. Anki jekk tqabbad il-mowbajl tiegħek matul il-lejl – u anki meta ċ-ċarġer tiegħek ma jkunx imqabbad mal-mowbajl tiegħek, dan ikun qed jaħli l-elettriku! Jekk titfi u taqla’ t-tagħmir tista’ tnaqqas l-ispejjeż tal-enerġija annwali tad-dar tiegħek b’sa 10%.
Staqsi lix-xjentist


Inti tista' tagħmel differenza - aħna kollha kemm aħna nistgħu!
Aqra dwar it-tħassib taż-żgħażagħ dwar it-tibdil fil-klima u kif dawn diġà bdew jagħmlu differenza.
Paolo, 16, Taljan

Erik, 11, Daniż / Spanjol

Maja, 13, Slovakka/Slovena

Raphael, 11, Ġermaniż

Carolina, 15, Portugiża

Vappu, 16, Finlandiża

Jonathan, 13, Awstrijak

Ebda azzjoni li tieħu mhi żgħira wisq
Ebda azzjoni li tieħu mhi żgħira wisq
Mod wieħed ta' kif tista' tagħmel differenza huwa billi tagħmel għażliet intelliġenti meta tkun qed tixtri. Ixtri inqas: ixtri aħjar, onfoq inqas – pereżempju, ixtri żarbun wieħed tajjeb minflok tliet pari żraben irħas.
Ixtri lokalment: l-għażla ta' frott u ħaxix lokali fl-istaġun minflok dawk imkabbra 'l bogħod tiffranka l-enerġija li tintuża għat-trasport. (Iżda ftakar, il-prodotti lokali mhux dejjem aħjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' karbonju, pereżempju jekk jitkabbru f'serer imsaħħna jew bil-fertilizzanti magħmula minn fjuwils fossili.)
Kun konxju tal-ippakkjar: Il-materjal tal-ippakkjar magħmul mill-plastik iżid mal-piż tal-iskart u ma jiġix riċiklat faċilment. Ixtri prodotti f'ippakkjar riċiklabbli jew kompostibbli u ħu borża li tista terġa' tintuża biex iġġorr ix-xiri lura lejn id-dar.

PARIR SIEWI
Jekk tnaqqas it-termostat b’1°C tista’ tnaqqas il-kont tal-dawl tal-familja tiegħek b’10% — u jekk tissettja temperatura aktar baxxa billejl, u meta ma tkunx id-dar, il-kont ikompli jonqos.
L-użu mill-ġdid, it-tiswija u r-riċiklaġġ tal-iskart jiffrankaw ir-riżorsi naturali skarsi, l-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2.
Id-dinja tingħaqad għal azzjonijiet favur il-klima
Xi pajjiżi, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, adottaw miri li jorbtuhom legalment biex jillimitaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-snin li jwasslu sal-2020, taħt ftehim li jissejjaħ il-Protokoll ta’ Kjoto.
Iżda anki b’wegħdiet minn pajjiżi oħra li jieħdu azzjoni volontarja, dan ma kienx ħa jkun biżżejjed biex jiġi evitat tibdil perikoluż fil-klima.
Għalhekk saru negozjati dwar ftehim ġdid li jiżgura azzjoni mill-pajjiżi kollha madwar id-dinja – u fit-12 ta’ Diċembru 2015 f’Pariġi, fi Franza, kważi 200 gvern qablu dwar l-ewwel ftehim universali li jorbothom legalment dwar it-tibdil fil-klima.
Il-Ftehim storiku ta’ Pariġi jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex it-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 2°C aktar mit-temperatura taż-żminijiet preindustrijali.
Il-gvernijiet qablu wkoll li jippruvaw jillimitaw iż-żieda fit-temperatura globali għal massimu ta’ 1.5°C, peress li x-xjentisti madwar id-dinja qablu li dan inaqqas b’mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima.
Il-punt prinċipali l-ieħor tal-Ftehim hu li tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi, speċjalment dawk inqas żviluppati, biex jindirizzaw l-impatti li jseħħu.
Iżda ċ-ċittadini u n-negozji għandhom rwol importanti wkoll. Madwar id-dinja kollha, bliet u rħula, kumpaniji, investituri u individwi diġà qed jieħdu azzjonijiet sabiex il-klima tagħna tinżamm sigura u prevedibbli.
PARIR SIEWI
Agħlaq il-vit tal-ilma waqt li tkun qed taħsel snienek – dan se jiffrankalek bosta litri ta’ ilma. Barra minn hekk, kont taf li jekk tinħasel fix-shower, minflok fil-banju, tuża sa erba’ darbiet inqas enerġija kif ukoll ħafna inqas ilma?
Iż-Żgħażagħ Ewropej jieħdu r-riedni f’idejhom
Għaliex ma nibdlux it-tibdil fil-klima f’kompetizzjoni ta’ divertiment fl-iskola? Staqsi lill-għalliema tiegħek dwar l-organizzazzjoni ta’ league, li fih l-aktar klassi jew grupp favur il-klima jirbaħ premju.
Hawnhekk hawn xi ftit ideat: tħawwel ġnien fl-iskola, ikel li ma joħloqx skart, kampanja li tħeġġeġ li “tmur l-iskola bir-rota”, skambju ta’ kotba.
Kont taf li tista’ terġa’ toħloq l-effett serra b’vażett tal-ħġieġ u żewġ termometri biss?

Semma' leħnek!
Għalfejn ma tinvolvix ruħek inti wkoll? Jista' jkun li toħroġ b'idea li tibdil il-futur!
Lesti l-argumenti tiegħek u ssieħeb fid-dibattitu dwar it-tibdil fil-klima fl-iskola u fid-dar. U jekk int appassjonat biżżejjed, għaliex ma tibdiex toħloq kampanja għal azzjoni favur il-klima?
- Tkellem dwar il-kwistjonijiet ma’ sħabek u mal-familja tiegħek, u involvihom. Tkun tista’ tispjegalhom is-suġġetti b’mod li jħalli impatt tajjeb – u jekk turihom kemm jimpurtak tista’ twassalhom biex huma jibda' jimpurtahom aktar ukoll.
- Ħeġġeġ lil familja tiegħek biex jagħmlu xi bidliet fid-dar u fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.
- Ġiegħel lill-ġenituri tiegħek biex jiċċekkjaw it-tikketti meta jixtru friġġ jew unità tal-arja kkondizzjonata ġdid, biex tkunu ċerti li huma effiċjenti fl-enerġija li ma jagħmlux ħsara lis-saff tal-ożonu!
- Sir af x'azzjonijiet qed tieħu l-iskola tiegħek favur il-klima.
- Ikteb lis-sindki, lill-politiċi u lil membri prominenti fid-dinja tan-negozju biex tħeġġiġhom jieħdu azzjoni.
- Agħti titwila lejn il-materjal tagħna indirizzat għaż-żgħażagħ fuq: ec.europa.eu/clima/citizens/youth/
- Għal aktar pariri favur il-klima, żur: ec.europa.eu/clima/citizens/tips/
- Iċċekkja l-filmati l-aktar riċenti tagħna fuq: youtube.com/EUClimateAction