Skip to main content
Il-Pjaneta Tagħna, il-Futur Tagħna

Kont taf

Kont taf

Agħżel kard biex titgħallem aktar dwar it-tibdil fil-klima u tara x'tista' tagħmel min-naħa tiegħek!

Kważi l-pajjiżi kollha fid-dinja huma membri tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima – jiġifieri 197 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE u l-UE bħala organizzazzjoni.

It-teħid ta' azzjoni biex jiġi evitat l-għargħar jista’ jsalva l-ħajjiet u l-flus: kull euro minfuq fuq il-protezzjoni mill-għargħar jista’ jiffranka sitt euro fi spejjeż ta’ tiswija!

Fl-1991, id-Danimarka installat l-ewwel park eoliku fuq il-baħar, "Vindeby", li kien jinkludi 11-il turbina tar-riħ.

L-enerġija rinnovabbli issa tipprovdi kważi terz tal-elettriku kollu tad-dinja.

Fl-2021, l-UE ġġenerat aktar mill-elettriku tagħha mill-enerġija rinnovabbli (38 %) milli mill-fjuwils fossili (35 %).

L-impronta tal-karbonju medja għal ċittadin Ewropew hi ta’ kważi 7 tunnellati ta’ CO2 fis-sena.

Aktar minn 90% tal-Ewropej iqisu t-tibdil fil-klima bħala problema serja. X’jaħsbu n-nies fil-pajjiż tiegħek? Skopri minn hawn

Il-belt ta’ Venezja għerqet b’aktar minn 20 ċentimetru fis-seklu 20.

L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tistma li minn fost il-100 tip ta’ wċuħ tar-raba’ li jipprovdu 90% tal-ikel madwar id-dinja, 71 huma mdakkrin min-naħal!

2.5% tal-ilma tad-Dinja kollu biss hu ilma ħelu. Minn dan, aktar minn żewġ terzi huwa ilma ffriżat fi glaċieri u kisjiet ta’ silġ polari. Għalhekk, uża l-ilma bil-għaqal!

Ix-xjentisti jemmnu li l-oċeani qegħdin jaċidifikaw aktar malajr illum minn qatt qabel matul l-aħħar 300 miljun sena.

L-oċeani jassorbu madwar 4 kg ta’ CO2 għal kull persuna kuljum.

Bejn l-1900 u l-2015, seħħew aktar minn 30,000 diżastru naturali madwar id-dinja, li kkawżaw ħsarat li swew madwar EUR 6 triljun.

Kont taf li l-Unjoni Ewropea għandha l-programm satellitari tagħha stess biex tosserva lid-Dinja? Tissejjaħ Copernicus u hija l-aktar sistema avvanzata fid-dinja għall-monitoraġġ tal-pjaneta. Copernicus hija magħmula minn sitt familji ta’ satelliti – “Sentinelli” – li jibagħtu stampi b’definizzjoni għolja tal-art u tal-baħar. L-istampi jistgħu jintużaw minn kulħadd, mingħajr ħlas, għal ħafna skopijiet, inkluż biex jiġu intraċċati bidliet fil-klima u fl-ambjent.

Mingħajr l-effett serra, it-temperatura medja fid-Dinja tkun waħda kiesħa ħafna ta’ -18°C minflok dik komda ta’ 15°C li għandna llum – kiesħa wisq biex ikunu jistgħu jgħixu fiha l-pjanti u l-annimali, inklużi aħna!

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE tnaqqsu bi 23% bejn l-1990 u l-2018.

Kull sena titqaċċat erja ta’ foresta tropikali madwar l-istess daqs tal-Greċja.

Fil-ħamrija jgħixu aktar minn kwart tal-ispeċi ħajjin kollha fid-dinja.

Terz tal-investimenti mill-Pjan ta’ Rkupru tal-UE NextGenerationEU u l-baġit tal-UE ta’ seba’ snin se jiffinanzja l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dan jammonta għal EUR 600 biljun!

Il-Panil Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima u l-ex Viċi President tal-Istati Uniti Al Gore flimkien kienu ngħataw il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2007 għall-ħidma tagħhom fuq it-tibdil fil-klima.

Fl-2018, l-UE kienet responsabbli għal inqas minn 10% tal-emissjonijiet globali ta' CO2, filwaqt li ċ-Ċina kienet tirrappreżenta madwar 30% u l-Istati Uniti 14%.

L-UE għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet mit-trasport b’mill-inqas 90 % sal-2050.

Iż-żejt tat-tisjir, il-qxur tal-frott u r-ruttam tal-ħxejjex jistgħu jiġu kkonvertiti fi fjuwil għall-karozza.

Aktar minn 4.5 miljun ruħ jaħdmu full-time fis-settur ekoloġiku tal-UE. Is-settur ekoloġiku: impjiegi marbuta mal-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent, pereżempju fl-immaniġġjar tal-ilma u l-iskart, fir-riċiklaġġ u fl-enerġija rinnovabbli.

Sal-aħħar tal-2020, il-bini ġdid kollu fl-UE se jkollu jkun kważi newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Il-bliet ikopru madwar 2% ta' wiċċ id-Dinja, iżda jospitaw iktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja.

Il-konsum tal-enerġija tal-bini li qed jinbena llum il-ġurnata huwa bħala medja terz tal-konsum tal-enerġija tal-bini li nbena qabel l-2005.

Ta' Qabel
Li Jmiss