Skip to main content
Il-Pjaneta Tagħna, il-Futur Tagħna

Milestones

Stadji Importanti

Niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima madwar id-dinja

Sforzi globali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bdew fl-1992, meta l-pajjiżi madwar id-dinja ffirmaw trattat internazzjonali li jissejjaħ il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).

Ħares waħda lejn l-istadji l-aktari importanti fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima

Inħoloq il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), u ġabar flimkien eluf ta' xjentisti biex jevalwaw l-evidenza xjentifika dwar it-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu

L-UNFCCC adottat il-Protokoll ta’ Kjoto, l-ewwel trattat dinji dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra

L-UE nediet s-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tagħha

L-UE adottat il-pakkett għall-enerġija u l-klima 2020 tagħha, bi tliet miri ewlenin: tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE b’20%, imqabbla mal-1990; iżżid is-sehem tas-sorsi rinnovabbli għal 20% tal-użu tal-enerġija mill-UE; u ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b’20%

Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima, li saret f’Copenhagen, ġiet fi tmiemha mingħajr ma ntlaħaq qbil ġenerali fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet vinkolanti

100 mexxej minn madwar id-dinja ltaqgħu għal summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima fi New York; il-ħames Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC dwar it-tibdil fil-klima ddikjara li l-objettiv ta’ inqas minn 2°C għadu jista’ jintlaħaq; l-UE adottat il-pakkett tagħha għall-enerġija u l-klima 2030, inkluża mira li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE jitnaqqsu b’mill-inqas 40%, meta mqabbla mal-1990

Intlaħaq ftehim dwar trattat globali ġdid dwar il-klima – il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015. 195 pajjiż ħadu l-impenn li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, sabiex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura globali għal sew taħt 2°C ogħla mil-livelli preindustrijali

Il-Ftehim ta’ Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru tal-2016

Il-pajjiżi qablu dwar ir-regoli dettaljati u l-linji gwida biex il-Ftehim ta' Pariġi jkun jista' jitħaddem fil-prattika madwar id-dinja

Il-mexxejja tal-UE qablu dwar il-mira li l-UE tkun newtrali għall-klima sal-2050.

Il-Kummissjoni Ewropea tadotta pakkett ta’ proposti biex tagħmel il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, l-użu tal-art, it-trasport u t-tassazzjoni adattati għat-tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-1990.

Kont taf

Kważi l-pajjiżi kollha fid-dinja huma membri tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima – jiġifieri 197 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE u l-UE bħala organizzazzjoni.

Sinjal ta’ impenn globali

Fit-22 ta’ April tal-2016, 174 pajjiż iffirmaw b’mod formali l-Ftehim ta’ Pariġi fi New York – l-akbar numru ta’ pajjiżi li ffirmaw trattat internazzjonali f’ġurnata waħda.

Sabiex il-Ftehim ta’ Pariġi sar liġi, kellhom jirratifikawh b’mod formali mill-inqas 55 pajjiż li jirrappreżentaw mill-inqas 55% tal-emissjonijiet globali.

L-UE rratifikat b’mod formali l-ftehim fil-5 ta’ Ottubru tal-2016, u dan skatta d-dħul fis-seħħ tiegħu fl-4 ta’ Novembru, inqas minn sena wara li ġie adottat.

Kont taf

Fl-2018, l-UE kienet responsabbli għal inqas minn 10% tal-emissjonijiet globali ta' CO2, filwaqt li ċ-Ċina kienet tirrappreżenta madwar 30% u l-Istati Uniti 14%.

Il-finanzjament tal-bidla

Nazzjonijiet aktar foqra u vulnerabbli għandhom bżonn l-għajnuna biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u jaddattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

Fl-2020, l-impenji kollha li saru mill-UE u l-Istati Membri tagħha ammontaw għal kważi USD 27 biljun (EUR 23.39 biljun), li nofshom intefqu fuq għajnuna għas-sħab internazzjonali tal-UE biex jadattaw għat-tibdil fil-klima. Ħafna minn dan l-appoġġ imur għall-aktar pajjiżi vulnerabbli tad-dinja. Aħna nibqgħu impenjati għall-għan kollettiv tal-pajjiżi żviluppati biex nimmobilizzaw USD 100 biljun fis-sena f’finanzjament għall-klima malajr kemm jista’ jkun, u sal-2025.

Kont taf

Il-Panil Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima u l-ex Viċi President tal-Istati Uniti Al Gore flimkien kienu ngħataw il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2007 għall-ħidma tagħhom fuq it-tibdil fil-klima.

Sew taħt iż-2°C

Il-gvernijiet qablu li biex jipprevjenu l-aktar impatti severi tat-tibdil fil-klima, iż-żieda fit-temperatura globali għandha tkun limitata għal ferm inqas minn 2°C, imqabbla mal-livell li kien hemm fiż-żmien pre-industrijali (qabel ir-Rivoluzzjoni Industrijali).

Dan minħabba li x-xjentisti jemmnu li lil hinn minn dan il-punt, ir-riskju ta’ bidliet irriversibbli fuq skala kbira jiżdied b’mod drammatiku. Il-pajjiżi ftiehmu wkoll li jippruvaw jillimitaw it-tisħin għal 1.5°C, għax dan inaqqas b’mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima.

Dawn l-objettivi ġew miftiehma taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) – il-ftehim internazzjonali maħsub biex jindirizza l-isfida tal-klima.

Kont taf

Terz tal-investimenti mill-Pjan ta’ Rkupru tal-UE NextGenerationEU u l-baġit tal-UE ta’ seba’ snin se jiffinanzja l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dan jammonta għal EUR 600 biljun!